Merħba għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa
Ikkuntattjana
Ibgħatilna Ittra Elettronika
Previous slide
Next slide

Fi żmien l-okkupazzjoni Rumana u Biżantina, in-nies kienu jgħixu fl-għerien li jħarsu lejn il-widien tal-Mellieħa. Kienu jħaddmu l-ħamrija msaqqija bl-ilma ġieri u jidfnu l-mejtin tagħhom f’oqbra mqaxxra fil-blat. Fi żminijiet medjevali u matul il-perjodu Għarbi kollox kien abbandunat minħabba l-attakki kontinwi mill-kursari Musulmani. 

Fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, is-Santwarju tal-Madonna fil-Mellieħa kien wieħed mill-aktar postijiet meqjum fil-gżira. Huwa dokumentat li diversi nies importanti bħal Gran Mastri, rejiet u isqfijiet kienu żaru dan is-santwarju.